Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2007 - Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-132/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, Rechtsanwalt)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea tat-23 ta' Lulju 2007, kif ukoll tad-deċiżjonijiet impliċitament konnessi tad-9 ta' Awwissu 2007 u tal-11 ta' Settembru 2007 safejn dawn jiċħdu t-talbiet tar-rikorrent tad-9 ta' April 2007, 11 ta' Mejju 2007 u tal-11 ta' Ottubru 2007 intiżi sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-publikazzjoni ta' dokumenti (taħt l-aspetti legali kollha, b'mod partikolari l-Artikoli 17, 17a, 19 u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll dispożizzjonijiet legali sussegwenti fuq id-drittijiet ta' l-awtur u l-protezzjoni ta' data) u introduzzjoni ta' ilment fil-konfront ta' (eks-)kummissarji u aġenti tal-Kummissjoni, u titlob kumpens għal danni ta' mhux inqas minn EUR 10000.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea tat-23 ta' Lulju 2007, kif ukoll id-deċiżjonijiet impliċitament konnessi tad-9 ta' Awwissu 2007 u tal-11 ta' Settembru 2007 sa fejn dawn jiċħdu t-talbiet tar-rikorrent tad-9 ta' April 2007, 11 ta' Mejju 2007 u tal-11 ta' Ottubru 2007 intiżi sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-publikazzjoni ta' dokumenti (taħt l-aspetti legali kollha, b'mod partikolari l-Artikoli 17, 17a, 19 u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll dispożizzjonijiet legali sussegwenti fuq id-drittijiet ta' l-awtur u l-protezzjoni ta' data) u tintroduċi ilment fil-konfront ta' (eks-)kummissarji u aġenti tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għal ħlas tad-danni ta' mhux inqas minn EUR 10000 għad-danni mhux materjali, morali u lis-saħħa tar-rikorrent kkawżati mid-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________