Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Lulju 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni adottata mill-President tal-ġurija fil-kompetizzjoni "EPSO/AST/111/10 (AST 1)" li r-rikorrent ma tiġix ammessa għall-provi ta' evalwazzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment:

-    tannulla d-deċiżjoni adottata fis-7 ta' April 2011 li tirrifjuta lir-rikorrent id-dritt li jipparteċipa fil-provi ta' evalwazzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 - Segretarji fil-grad AST 1;

-    konsegwentement, jiġi ddikjarat li hemm lok li jiġi integrat mill-ġdid ir-rikorrent fil-proċess tar-reklutaġġ li kien inħoloq mill-imsemmija kompetizzjoni, u fejn huwa meħtieġ jiġu organizzati provi ta' evalwazzjoni ġodda;

-    sussidjarjament, fil-każ li t-talba prinċipali ma tiġix milqugħa, quod non, tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 20 000, bħala kumpens għad-danni materjali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

    f'kull każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal Eur 20 000, bħala kumpens għad-danni morali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________