Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 – van der Spree vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-37/15) 1

(Servizz pubbliku – Remunerazzjoni – Waqfien definittiv tas-servizz – Artikolu 6(1) tal-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal – Allowance ta’ reinstallazzjoni bir-rata bażika ta’ xahrejn salarju bażiku – Bidla fir-residenza tar-rikorrent – Residenza ta’ bint ir-rikorrent – Prova)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Daniel van der Spree (Eischoll, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u T. S. Bohr, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jitħallas id-doppju tal-allowance ta’ reinstallazzjoni wara ċ-ċaqliq tiegħu fl-Isvizzera.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.D. van der Spree għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat li jħallas l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 178, 01.06.2015, p. 26