Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta' April 2008 - Doktor vs Il-Kunsill

(Kawża F-73/07)

("Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu taħt prova")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Frantisek Doktor (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: S. Rodrigues, R. Albelice, u C. Bernard-Glanz, avocats)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill ta' Ottubru 2006 dwar it-tkeċċija tar-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta' prova tiegħu u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________