Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Novembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra Ivan Gavazonov

(Kawża C-852/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Ivan Gavazonov

Domandi preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix rimedji legali kontra l-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali intiż sabiex titwettaq tfittxija fi proprjetà immobbli residenzjali u fi proprjetà immobbli kummerċjali, sabiex jitwettaq sekwestru ta’ oġġetti partikolari kif ukoll sabiex jinżamm smigħ ta’ xhieda, hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(1) sa (4), tal-Artikolu 1(4) kif ukoll mal-premessi 18 u 22 tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali 1 , kif ukoll mad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 47 u 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 13 u 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem?

Huwa possibbli li jinħareġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali f’dawn iċ-ċirkustanzi?

____________

1     ĠU 2014, L 130, p.  1, rettifika fil-ĠU2015, L 143, p. 16.