Language of document :

Appell ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2018 minn Aldo Supermarkets mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-25 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-359/17, Aldo Supermarkets vs EUIPO - Aldi Einkauf

(Kawża C-822/18 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Aldo Supermarkets (rappreżentant: M. Thewes, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG

Permezz ta’ digriet tal-4 ta’ Ġunju 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.

____________