Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Maynard vs Europol

(Kawża F-121/12) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-Europol – Konvenzjoni Europol – Regolamenti tal-persunal tal-Europol – Deċiżjoni 2009/371/ĠAI – Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-membri tal-persunal tal-Europol – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat – Rifjut li jingħata kuntratt ta’ aġent temporanju għal żmien indeterminat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ginny Maynard (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: inizjalment D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, sussegwentement J. Arnould, D. Neumann u D. El Khoury, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti għal żmien indeterminat u talba għall-kundanna tal-Europol għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li hija setgħet tkompli tirċievi mill-Europol u kull allowance oħra li hija effettivament irċevietDispożittivIr-rikors huwa miċħud.G. Maynard għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.