Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Košice I (is-Slovakkja) fit-30 ta’ Ottubru 2019 – NI, OJ u PK vs Sociálna poisťovňa

(Kawża C-799/19)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Košice I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NI, OJ, PK

Konvenut: Sociálna poisťovňa

Domandi preliminari

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/94/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “pretensjonijiet pendenti, ta’ ħaddiema, li jirriżultaw minn kuntratti ta’ impjieg” jinkludi anki d-dannu morali mġarrab bħala riżultat tal-mewt ta’ impjegat wara inċident fuq il-post ix-xogħol?

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li timpjega li fil-konfront tagħha tkun tressqet talba għal ftuħ ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ dritt għal kumpens irrikonoxxut permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja għad-dannu morali kkawżat mill-mewt ta’ impjegat wara inċident fuq il-post tax-xogħol, minkejja li fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni ġie ddikjarat li l-pretensjoni ma tistax tiġi rkuprata minħabba s-sitwazzjoni tal-persuna li timpjega bħala persuna bi dħul baxx, tali persuna li timpjega tkun tinsab ukoll fi stat ta’ insolvenza?

____________

1     ĠU 2008, L 283, p. 36.