Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Novembru 2019 – Natumi GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen

(Kawża C-815/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Natumi GmbH

Konvenut: Land Nordrhein-Westfalen

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Rappreżentant tal-Interessi Federali quddiem il-Bundesverwaltungsgericht

Domandi preliminari

L-Artikolu 28, moqri flimkien mal-punt 1.3 tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-alka Lithothamnium calcareum tista’ tintuża inkwantu ingredjent fl-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel organiċi?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

L-użu ta’ alka mejta huwa wkoll awtorizzat?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv ukoll għat-tieni domanda:

Il-kliem “fih il-kalċju”, “fih alka tal-baħar b’kontenut għoli ta’ kalċju” jew “jipprovdi kalċju ta’ kwalità għolja li ġej mill-alka tal-baħar Lithothamnium” jista’ jintuża għal prodott bit-tikketta “organiku” u li jkun fih il-Lithothamnium calcareum (mejta) bħala ingredjent?

____________

1     ĠU 2008, L 250, p. 1.