Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-28 ta’ Mejju 2020 – B Oy
(Kawża C-223/20)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: B Oy
Konvenut: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö
Domandi preliminari
L-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/83/KEE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru li, konformement ma’ dan l-artikolu, japplika rati ta’ sisa mnaqqsa fuq il-birra prodotta fil-birreriji indipendenti ż-żgħar, għandu japplika wkoll id-dispożizzjoni, stabbilita fit-tieni sentenza tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, li tirrigwarda dik li tissejjaħ it-taxxa komuni fuq il-birreriji ż-żgħar, jew l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandha titħalla fid-diskrezzjoni ta’ dan l-Istat Membru?
It-tieni sentenza tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/83 għandha effett dirett?
____________
1 Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206).