Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Strafsachen Wien (l-Awstrija) fit-2 ta’ Awwissu 2019 – proċeduri kriminali kontra A***** u awturi ta’ reat oħra mhux magħrufa

(Kawża C-584/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht für Strafsachen Wien

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Rikorrent: Staatsanwaltschaft Wien

Akkużati: A***** u persuni oħra mhux magħrufa

Parti oħra fil-proċedura: Staatsanwaltschaft Hamburg

Domandi preliminari

Il-kunċetti ta’ “awtorità ġudizzjarja” skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali 1 u ta’ “prosekutur pubbliku” skont l-Artikolu 2(c)(i) tal-imsemmija direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jifformaw parti minnhom anki l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku ta’ Stat Membru li, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ ordni ta’ investigazzjoni Ewropew, huma esposti għar-riskju li jkunu suġġetti, direttament jew indirettament, għal ordnijiet jew għal struzzjonijiet individwali min-naħa tas-setgħa eżekuttiva, pereżempju mis-Senatur għall-Ġustizzja ta’ Hamburg?

____________

1     ĠU 2014, L 130, p. 1.