Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta' Diċembru 2010 - Gowitzke vs Europol

(Kawża F-74/09) 1

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Artikolu 4 tal-politika ta' determinazzjoni tal-gradi u tal-iskali tal-persunal tal-Europol - Evalwazzjoni mill-ġdid ta' pożizzjoni fi grad ogħla - Klassifikazzjoni fil-grad)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Werner Siegfried Gowitzke (Den Haag, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentant: D. C. Coppens, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol tal-5 ta' Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tiġi emendata l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad 5, skala 1.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009, p. 85.