Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Settembru 2018 – Darie B.V. vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

(Kawża C-592/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Darie B.V.

Konvenut: Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

Domandi preliminari

Il-kunċett ta’ “prodotti bijoċidali” li jinsab fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 528/2012 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi wkoll għal prodotti kkostitwiti minn wieħed jew iktar speċi ta’ batterji, enzimi jew komponenti oħra, fid-dawl tal-fatt li dawn, minħabba l-mod ta’ azzjoni speċifika tagħhom, ma għandhomx effett dirett fuq l-organiżmu dannuż li għalih huma maħsuba iżda fuq il-ħolqien jew iż-żamma ta’ habitat possibbli għal dan l-organiżmu dannuż u, skont il-każ, liema rekwiżiti għandhom għalhekk jiġu imposti fuq tali effett?

Fir-rigward tar-risposta għall-ewwel domanda, huwa rilevanti jekk iċ-ċirkustanzi li fihom tali prodott jiġi applikat ma għandhomx preżenza ta’ organiżmi dannużi, u jekk dan huwa l-każ, liema kriterji għandhom jintużaw sabiex jiġi evalwat li dan huwa l-każ?

Fir-rigward tar-risposta għall-ewwel domanda, huwa rilevanti f’liema terminu jseħħ dan l-effett?

____________

1 Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012, L 167, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 280, p. 57).