Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Lulju 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-73/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix aċċettat għal-istadju tat-testijiet ta' evalwazzjoni tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/181/10.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea jogħġbu:

jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (iktar 'il quddiem l-"EPSO") tal-20 ta' Awwissu 2010 u tal-15 ta' Settembru 2011, li tinformah li huwa ma kienx ġie aċċettat għall-istadju tat-testijiet ta' evalwazzjoni tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/181/10 (iktar 'il quddiem: id-"deċiżjoni kkontestata");

kif ukoll, u sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tal-15 ta' April 2011, li tiċħad l-ilment tiegħu tal-10 ta' Novembru 2010 kontra d-deċiżjoni kkontestata (iktar 'il quddiem: id-"deċiżjoni ta' ċaħda");

konsegwentement, jordna r-riintegrazzjoni tiegħu fil-proċess ta' selezzjoni, jekk meħtieġ permezz tal-implementazzjoni ta' sessjoni ġdida ta' testitjiet;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________