Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti - ir-Rumanija) – SC Mitliv Exim SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-9/19) 1
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ dettalji suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġislattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa għal risposta għad-domanda preliminari għal deċiżjoni – Inammissibbiltà manifesta)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Mitliv Exim SRL
Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală, Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta ’Ġunju 2018, hija manifestament inammissibbli.
____________
1 ĠU C 131, 8.4.2019.