Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ April 2014 – Rouffaud vs SEAE

(Kawża F-59/13) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt – Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt – Proċedura prekontenzjuża – Regola ta’ konkordanza – Modifika tal-kawża ta’ kapijiet ta’ kontestazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Thierry Rouffaud (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Coolen, É. Marchal, S. Orlandi u D. Abreu Caldas, avukati, sussegwentement minn S. Orlandi u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex il-kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi tiegħu jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala kuntratt għal żmien indeterminat u sabiex il-perijodu mwettaq bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi rrikonoxxut bħala perijodu ta’ servizz imwettaq bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.T. Rouffaud għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.