Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2010 - AK vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AK (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għal kumpens għad-danni subiti minħabba nuqqas ta' stabbiliment ta' rapporti tal-iżvilupp tal-karriera u ta' ftuħ ta' investigazzjoni amministrattiva sabiex tistabbilixxi l-fatti ta' fastidju kif ukoll it-talba għall-kumpens għad-danni subiti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrenti fl-24 ta' Novembru 2009 intiża għal kumpens għad-danni subiti minħabba nuqqas ta' stabbiliment ta' rapporti tal-iżvilupp tal-karriera għall-perijodi 2001-2002, 2004, 2005 u 2008, kif ukoll għall-ftuħ ta' investigazzjoni amministrattiva sabiex tistabbilixxi l-fatti ta' fastidju;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti, fl-ewwel lok, is-somma ta' EUR 53 000 għat-telf ta' opportunità li tiġi promossa għal grad A5 fil-kuntest tal-proċedura ta' promossjoni tal-2003, minbarra r-regolarizzazzjoni tad-drittjiet għal pensjoni tagħha permezz ta' kontribuzzjonijiet korrispondenti, fit-tieni lok, is-somma ta' EUR 400 fix-xahar (li jikkorrispondu għal-70 % tad-differenza bejn l-allowance ta' invalidità li hija rċeviet u dik li kienet tirċievi kieku ġiet promossa fl-2003) u fit-tielet lok, is-somma ta' EUR 35 000 għad-danni morali subiti riżultanti minn sitwazzjoni amministrattiva irregolari, minkejja s-sentenzi tal-20 ta' April 2005 u tas-6 ta' Ottubru 2009 tal-Qorti Ġenerali u tat-13 ta' Diċembru 2007 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Ewropew.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________