Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fit-3 ta’ Ġunju 2020 – AAS “BTA Baltic Insurance Company” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-230/20)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AAS “BTA Baltic Insurance Company”

Parti oħra fil-proċedura: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

Il-garanti msemmi fl-Artikolu 195 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità 1 (if emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000 2 ), jista’ jiġi kkwalifikat bħala debitur fis-sens tal-Artikolu 221(3) [ta’ dan l-istess regolament], u għalhekk huwa suġġett għat-terminu ffissat minn din id-dispożizzjoni?

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-garanti jista’ jitqies, abbażi tal-Artikolu 232(1)(a) tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq, bħala l-persuna li kontriha hija diretta l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni jew l-eżekuzzjoni forzata tal-kreditu, jew bħala l-persuna kkonċernata mill-eżekuzzjoni, u għalhekk din hija suġġetta għar-regoli tal-Istat Membru dwar l-eżekuzzjoni, inklużi dawk relattivi għat-termini?

Jekk, abbażi tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, il-garanti ma jistax jiġi kkwalifikat bħala debitur fis-sens tal-Artikolu 221(3) tar-Regolament, u lanqas ma jista’ jitqies bħala l-persuna li kontriha hija diretta l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni jew bħala l-persuna kkonċernata mill-eżekuzzjoni, dan jista’ jkun suġġett għar-rekwiżit ta’ terminu ta’ preskrizzjoni raġonevoli li jirriżulta mill-prinċipju ta’ ċertezza legali?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

2     Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunita (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239).