Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta' Ottubru 2008 - Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2005)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad A*11 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2005 u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.
B. Nijs huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
____________1 - ĠU C 154, 01.07.2006, p. 26.