Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2011 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-143/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni implicita tal-Kummissjoni li ma tirrimborsax kwart tal-ispejjeż, sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-kawża F-81/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, li fiha l-konvenuta ġiet ikkundannata bis-sentenza tal-15 ta’ Frar 2011.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni, li toriġina jew li fi kwalunkwe każ hija attribwibbli għall-Kummissjoni, ta’ rifjut tat-talbiet tiegħu li saru fit-talba tas-16 ta’ Awwissu 2011, mibgħuta lill-Kummissjoni fil-persuna tar-rappreżentant legali pro tempore, u lill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni;

jikkonstata li ġiet fis-seħħ l-astensjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, li twettaq il-miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija, fil-15 ta’ Frar 2011, mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-81/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, u preċiżament il-miżuri ta’ eżekuzzjoni tad-dispożittiv tas-sentenza tal-15/02/2011 fir-rigward tal-ispejjeż tal-kawża li bihom;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 316,31, liema somma, jekk u sal-punt li ma titħallasx lir-rikorrent, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa’ mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jibdew jiddekorru minn għada sal-ġurnata li fiha jseħħ l-imsemmi ħlas;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 5 kull ġurnata għal kull ġurnata addizzjonali, minn għada, li tiskadi fil-persistenza tal-astensjoni minn issa u sal-180 ġurnata wara s-17 ta’ Awwissu 2011, liema somma ta’ EUR 5 għandha titħallas sal-iskadenza tal-istess ġurnata, u jekk dan ma jseħħx, jiġifieri sal-limitu li dan ma jkunx hekk, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jibdew jiddekorru mill-ġurnata ta’ wara dik li fiha kellu jseħħ sa dik li fiha din isseħħ;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 6 kull ġurnata għal kull ġurnata addizzjonali, mill-181 ġurnata wara s-17 ta’ Awwissu 2011, li ser tiskadi fil-persistenza tal-astensjoni minn issa u sal-270 ġurnata wara s-17 ta’ Awwissu 2011, liema somma ta’ EUR 6 għandha titħallas sal-iskadenza tal-istess ġurnata, u jekk dan ma jseħħx, jiġifieri sal-limitu li dan ma jkunx hekk, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jidbew jiddekorru mill-ġurnata ta’ wara dik li fiha kellu jseħħ sa dik li fiha din isseħħ;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 7,50 kull ġurnata għal kull ġurnata addizzjonali, mill-271 ġurnata wara s-17 ta’ Awwissu 2011, li ser tiskadi fil-persistenza tal-astensjoni minn issa u sal-180 ġurnata wara s-17 ta’ Awwissu 2011, liema somma ta’ EUR 7,50 għandha titħallas sal-iskadenza tal-istess ġurnata, u jekk dan ma jseħħx, jiġifieri sal-limitu li dan ma jkunx hekk, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jidbew jiddekorru mill-ġurnata ta’ wara dik li fiha kellu jseħħ sa dik li fiha din isseħħ;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 kull ġurnata għal kull ġurnata addizzjonali, mit-361 ġurnata wara s-17 ta’ Awwissu 2011 ad infinitum, li ser tiskadi fil-persistenza tal-astensjoni minn issa, liema somma ta’ EUR 10 għandha titħallas sal-iskadenza tal-istess ġurnata, u jekk dan ma jseħħx, jiġifieri sal-limitu li dan ma jkunx hekk, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jidbew jiddekorru mill-ġurnata ta’ wara dik li fiha kellu jseħħ sa dik li fiha din isseħħ;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.