Language of document : ECLI:EU:F:2007:77

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

8 ta’ Mejju 2007

Kawża F-84/06 AJ

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Għajnuna legali”

Suġġett: Talba li biha L. Marcuccio jitlob li jiġi ammess għall-benefiċċju ta’ l-għajnuna legali, skond l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, applikabbli mutatis mutandis għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, skond l-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/752/KE, Euratom, tat-2 ta’ Novembru 2004, li tistabbilixxi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU L 153M, p. 84), sad-dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura ta’ dan ta’ l-aħħar, talba ppreżentata qabel ma ġie ppreżentat rikors quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Deċiżjoni: It-talba għal għajnuna legali hija miċħuda.

Sommarju

Proċedura – Talba għal għajnuna legali bla ħlas – Kundizzjonijiet għall-għoti

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli94(2)u96(1); Deċiżjoni tal-Kunsill2004/752, Artikolu 3(4))