Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fil-25 ta’ Ġunju 2019 – Syyttäjä u Tulli

(Kawża C-486/19)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A u B

Konvenuti: Syyttäjä u Tulli

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li persuna fiżika li taġixxi għan-nom ta’ kumpannija taxxabbli u li naqset milli twettaq l-obbligi relatati mat-taxxa fuq il-konsum fuq il-prodotti tal-ġelati tiġi kkundannata għal dawn in-nuqqasijiet għal sanzjoni kriminali fil-każ fejn l-eżenzjoni ta’ attività eżerċitata minn impriżi oħra u li tirrigwarda prodotti simili għandha titqies li hija għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, is-sistema fiskali nazzjonali dwar taxxa fuq il-konsum fuq il-prodotti tal-ġelati, bħal dik li kienet fis-seħħ meta twettaq il-ksur, tissodisfa l-kundizzjoni dwar is-selettività li tagħmel parti mill-karatteristiċi tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE?

____________