Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis-17 ta’ Diċembru 2018 – Skatteverket vs Sögård Fastigheter AB
(Kawża C-787/18)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skatteverket
Konvenuta: Sögård Fastigheter AB
Domandi preliminari
Jekk minħabba regoli adottati minn Stat Membru, abbażi tal-Artikolu 188(2) tad-Direttiva 2006/112/KE 1 , iċ-ċedent ta’ proprjetà immobbli ma jkunx aġġusta t-tnaqqis tat-taxxa tal-input peress li ċ-ċessjonarju jkun se jużaha biss għal tranżazzjonijiet li jagħtu dritt għal tnaqqis, fil-każ fejn il-perijodu ta’ aġġustament għadu għaddej, jeżisti ostaklu sabiex iċ-ċessjonarju jiġi obbligat jaġġusta dan it-tnaqqis f’data sussegwenti, meta huwa nnifsu jiġi sabiex jitrasferixxi l-proprjetà immobbli inkwistjoni lil terz li ma jkunx se jużaha għal tali tranżazzjonijiet?
Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti, jekk l-ewwel trasferiment imsemmi fiha jkun jikkostitwixxi trasferiment ta’ beni kif imsemmi fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/112 ?
____________
1 Direttiva tal-Kunsill, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil- ĠU 2007, L 335, p. 60).