Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Frar 2008 - Valero Jordana vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-25/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gregorio Valero Jordana (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. van der Woude, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta' April 2007 safejn din ma tat lir-rikorrent l-ebda punt ta' prijorità supplementari fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2003.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-17 ta' April 2007 safejn din ma tat lir-rikorrent l-ebda punt ta' prijorità supplementari fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2003 ;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' kumpens ta' EUR 5 000 ;

jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________