Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fid-29 ta’ Ottubru 2019 – XX vs Tartu Vangla

(Kawża C-795/19)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus (l-Estonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XX

Konvenut: Tartu Vangla

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE 1 tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-telf ta’ smigħ taħt l-istandard mitlub jikkostitwixxi impediment assolut li jipprekludi ż-żamma fis-servizz inkwantu uffiċjal tal-ħabs, u li ma tawtorizzax l-użu ta’ mezzi korrettivi waqt li jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-akutezza tas-smigħ humiex issodisfatti?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.