Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fit-28 ta’ Frar 2020 – M. A. vs État belge

(Kawża C-112/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. A.

Konvenut: État belge

Domandi preliminari

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment 1 , li jobbliga lill-Istati Membri, fl-implimentazzjoni tad-direttiva, li jieħdu inkunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal, flimkien mal-Artikolu 13 tal-istess direttiva u l-Artikoli 24 u 47 tal-Karta tad-Dirttijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-minuri, ċittadin tal-Unjoni, anki meta d-deċiżjoni ta’ ritorn tittieħed fil-konfront tal-uniku ġenitur tal-minuri?

____________

1 ĠU 2008, L 348, p. 98.