Language of document :

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

TAL-UNJONI EWROPEA

(L-Ewwel Awla)

16 ta’ Ġunju 2015

Kawża F‑118/10 DEP

Aristidis Psarras

vs

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

“Servizz pubbliku — Proċedura — Intaxxar tal-ispejjeż”

Suġġett:      Talba għall-intaxxar tal-ispejjeż skont l-Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura, insegwitu għas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Ottubru 2012, Psarras vs ENISA (F‑118/10, EU:F:2012:138).

Deċiżjoni:      L-ammont totali tal-ispejjeż li A. Psarras jista’ jiġbor mingħand l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni bħala spejjeż li jistgħu jinġabru fil-Kawża F‑118/10 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 17 456.75, fuq liema somma jiddekorru l-interessi moratorji, mid-data tan-notifika ta’ dan id-digriet sad-data tal-pagament, bir-rata kkalkolata fuq il-bażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu hawn fuq imsemmi, b’żieda ta’ tliet punti u nofs.

Sommarju

1.      Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż — Intaxxar — Spejjeż li jistgħu jinġabru — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni — Onorarji dovuti mill-partijiet lill-avukati tagħhom — Natura neċessarja tas-servizzi ta’ avukat li jistgħu jitnaqqsu mill-atti mwettqa fil-kuntest tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 105(c))

2.      Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż — Talba għall-intaxxar — Terminu għall-preżentata — Osservanza ta’ terminu raġonevoli

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 106(1))

3.      Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż — Intaxxar — Spejjeż li jistgħu jinġabru — Kunċett — Intervent minn diversi avukati

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 105(c))

1.      Il-qorti tal-Unjoni ma hijiex kompetenti sabiex tintaxxa l-onorarji dovuti mill-partijiet lill-avukati tagħhom, imma li tiddetermina l-ammont korrispondenti għall-ħlasijiet li jistgħu jinġabru mill-parti kkundannata għall-ispejjeż. Meta tiddeċiedi fuq it‑talba għall-intaxxar tal-ispejjeż, il-qorti tal-Unjoni ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni tariffa nazzjonali li tistabbilixxi l-onorarji tal-avukati u lanqas ftehim eventwali konkluż bejn il-parti kkonċernata u l-aġenti jew il-konsulenti tagħha.

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet ta’ natura tariffarja fid-dritt tal-Unjoni, il-qorti tal-Unjoni għandha liberament tevalwa l-informazzjoni tal-kawża, billi tieħu inkunsiderazzjoni s-suġġett u n-natura tat-tilwima, l-importanza tagħha fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll id-diffikultajiet tal-kawża, l-ammont ta’ xogħol li l-proċedura kontenzjuża setgħet tikkawża lill-aġenti jew lill-konsulenti li intervjenew u l-interessi ekonomiċi li t-tilwima kellha għall-partijiet.

F’dan ir-rigward, mill-fatt li l-avukat ikun ressaq rikors, ikun ipparteċipa fis-seduta u pproduċa dokumenti differenti, jirriżulta li dan l-avukat ikun effettivament wettaq atti u servizzi neċessarji għall-finijiet tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont ta’ dawn is-servizzi neċessarji, il-prova tal-ħlas tal-ispejjeż li tkun qed issir talba għall-irkupru tagħhom ma hijiex kundizzjoni li għandha titwettaq qabel l-intaxxar mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru.

(ara l-punti 24, 25 u 33 sa 35)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: digriet tal-4 ta’ Lulju 2013, Kronofrance vs Il‑Ġermanja et, C‑75/05 P‑DEP u C‑80/05 P-DEP, EU:C:2013:458, punt 30

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: digrieti tal-10 ta’ Novembru 2009, X vs Il‑Parlament, F‑14/08 DEP, EU:F:2009:149, punt 22; tas-26 ta’ April 2010, Schönberger vs Il‑Parlament, F‑7/08 DEP, EU:F:2010:32, punt 24; tas-27 ta’ Settembru 2011, De Nicola vs BEI, F‑55/08 DEP, EU:F:2011:155, punti 40 u 41; tat-2 ta’ Lulju 2013, Martinez Erades vs SEAE, F‑64/12 DEP, EU:F:2013:111, punt 21; tal-14 ta’ Novembru 2013, Cuallado Martorell vs Il‑Kummissjoni, F‑96/09 DEP, EU:F:2013:186, punt 28, u tat-3 ta’ Lulju 2014, Bogusz vs Frontex, F‑5/12 DEP, EU:F:2014:179, punti 30 sa 33, u l-ġurisprudenza ċċitata

2.      Talba għall-intaxxar tal-ispejjeż għandha titressaq f’terminu raġonevoli u wara dan it-terminu, il-parti li għandha tbati dawn l-ispejjeż ġustament tista’ tikkunsidra li l-kreditur ikun irrinunzja għad-dritt tiegħu. Barra minn hekk, in-natura raġonevoli tat-terminu għandha tiġi evalwata skont ċirkustanzi partikolari għal kull każ u, b’mod partikolari, mill-interess fil-kwistjoni għall-parti kkonċernata, mill-kumplessità tal-każ u mill-aġir tal-partijiet involuti.

Fir-rigward tal-aġir tal-partijiet, għalkemm il-preżentata ta’ appell ma għandux effett sospensiv, huwa madankollu komprensibbli li parti intitolata għall-ispejjeż tista’ tistenna l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell qabel ma tressaq it-talba tagħha għar-rimbors tal-ispejjeż.

(ara l-punti 28 u 30)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: digriet tal-21 ta’ Ġunju 1979, Dietz vs Il‑Kummissjoni, 126/76 DEP, EU:C:1979:158, punt 1, u sentenza tat-28 ta’ Frar 2013, Eżami mill-ġdid Arango Jaramillo et vs BEI, C‑334/12 RX-II, EU:C:2013:134, punti 28 u 33

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: digriet tas-17 ta’ April 1996, Air France vs Il‑Kummissjoni, T‑2/93 DEP, EU:T:1996:48, punti 10 sa 12

3.      Talba għall-intaxxar tal-ispejjeż tippreżenta natura pjuttost standard u hija differenti, bħala prinċipju, minħabba fl-assenza ta’ kull diffikultà għall-avukat li diġà ttratta l-mertu tal-kawża.

Madankollu, fir-rigward tal-ispejjeż relatati mal-intervent ta’ avukat ġdid wara l-proċedura kontenzjuża, il-parti kkundannata għall-ispejjeż għandha biss iġġarrab dawk l-ispejjeż li jirrelataw mal-ħin li l-avukat il-ġdid iddedika għall-proċess, mingħajr ma jinkludi l-ħin li kien neċessarjament meħtieġ għall-għarfien ta’ dan il-proċess.

(ara l-punti 53 u 54)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: digrieti tas-7 ta’ Ġunju 2012, France Télévisions vs TF1, C‑451/10 P‑DEP, EU:C:2012:323, punt 32; u tal-10 ta’ Ottubru 2013, CPVO vs Schräder, C‑38/09 P‑DEP, EU:C:2013:679, punt 42

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: digriet tal-15 ta’ Marzu 2000, Enso-Gutzeit vs Il‑Kummissjoni, T‑337/94 DEP, EU:T:2000:76, punt 21

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: digriet tat-3 ta’ Lulju 2014, Bogusz vs Frontex, EU:F:2014:179, punt 47