Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-24 ta’ Settembru 2020 – Advania Sverige AB u Kammarkollegiet vs Dustin Sverige AB

(Kawża C-461/20)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Advania Sverige AB u Kammarkollegiet

Konvenuta: Dustin Sverige AB

Domanda preliminari

Il-fatt li fornitur ġdid daħal fid-drittijiet u l-obbligi tal-fornitur inizjali li jirriżultaw minn ftehim qafas wara li dan il-ftehim ġie ttrasferit lilu mill-istralċjarju wara li l-fornitur inizjali ġie ddikjarat insolventi, jimplika li l-fornitur il-ġdid għandu jitqies bħala li ssuċċeda għall-fornitur inizjali fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 72(1)(d)(ii) tad-Direttiva 2014/24/UE 1 ?

____________

1 Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).