Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta' April 2011 - Sukup vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-73/09)
(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni u allowances - Allowance għal wild dipendenti - Allowance għall-edukazzjoni - Allowance retroattiva)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Viktor Sukup (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju "Amministrazzjoni u likwidazzjoni tad-drittijiet individwali" tal-Kummissjoni Ewropea li ma tagħtix lir-rikorrent la l-allowance għal wild dipendenti u lanqas l-allowance għall-edukazzjoni
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
V. Sukup għandu jbati l-ispejjeż kollha.
____________1 - ĠU C 267, 07.11.2009, p. 84