Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Nieminen vs Il-Kunsill

(Kawża F-81/12) 1

“Servizz pubbliku – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2010 – Proċedura ta’ promozzjoni 2011 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eżami komparattiv tal-merti– Amministraturi assenjati f’funzjonijiet lingwistiċi u amministraturi assenjati f’funzjonijiet mhux lingwistiċi – Kwoti ta’ promozzjoni – Konsistenza fit-tul tal-merti”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Risto Nieminen (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment C. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati, sussegwentement C. Abreu Caldas, S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Herrmann u M. Bauer, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li ma jiġix promoss ir-rikorrent għall-grad AD 12 fir-rigward tal-proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.R. Nieminen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.