Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' April 2010 - Bombin Bombin vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent Luis Maria Bombin Bombin (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: R. Pardo Pedernera, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament, fuq talba tar-rikorrenti, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħtih kumpens finanzjarju biss għal 12 u mhux għad-29 il-ġurnata leave li għalihom huwa kellu dritt u li kien għadu ma ħax qabel ma ħareġ fuq leave għal-raġunijiet personali.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta' Jannar 2010, li tirrikonoxxi u tħallas lir-rikorrent kumpens finanzjarju għal 12-il ġurnata biss.

jirrikonoxxi lir-rikorrent (għal-finijiet ta' kalkolu u fir-rigward tal-kumpens finanzjarju) il-ġranet kollha ta' leave (29 b'kollox) li huwa kellu dritt għalihom u li kien għadu ma ħax qabel ma ħareġ fuq leave għal-raġunijiet personali

ir-rikorrenti ma jagħmel l-ebda talba fir-rigward tal-ispejjeż peress li jqis li deċiżjoni tat-Tribunal f'din il-kawża hija importanti għall-partijiet, li t-tnejn huma in bona fide, u li l-każ ma jiġġustifikax talbiet f'dan ir-rigward.

____________