Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fil-25 ta’ Ottubru 2018 – Orde van Vlaamse Balies, Ordre des barreaux francophones et germanophone vs Ministerraad

(Kawża C-667/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orde van Vlaamse Balies, Ordre des barreaux francophones et germanophone

Konvenut: Ministerraad

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ “proċedura ġudizzjarja” msemmi fl-Artikolu 201(1)(a) tad-Direttiva 2009/138/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-proċeduri ta’ medjazzjoni extraġudizzjarja u ġudizzjarja previsti fl-Artikoli 1723/1 sa 1737 tal-Belgisch Gerechtelijk Wetboek (il-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan)?

____________

1     ĠU 2009, L 335, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2016, L 262, p. 34.