Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-4 ta’ Frar 2020 – K vs Finanzamt Linz

(Kawża C-58/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K

Konvenut: Finanzamt Linz

Domandi preliminari

L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 KE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment” ikopri wkoll responsabbiltajiet fiskali fdati lil terz mill-kumpannija ta’ ġestjoni, li jikkonsistu f’li jiġi żgurat li d-dħul li jsir mill-parteċipanti jiġi ntaxxat skont il-liġi?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).