Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2008 - Füller-Tomlinson vs Il-Parlament

(Kawża F-97/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Paulette Füller-Tomlinson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi s-sehem ta' invalidità permanenti parzjali imputabbli għall-oriġini professjonali tal-marda għal 20%, kif ukoll, sussidjarjament, il-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta' somma bħala kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrenti

Talbiet tar-rikorrenti

-    Jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta' April 2008 tal-Kap tal-Unità Pensjonijiet u Assigurazzjonijiet soċjali, li tistabbilixxi, fl-Artikolu 3 tagħha, is-sehem ta' invalidità permanenti parzjali imputabbli għall-oriġini professjonali tal-marda għal 20%;

-     sa fejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tal-ilment;

-     sussidjarjament, jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta' somma ta' EUR 12 000 bħala kumpens għad-dannu morali;

-    jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________