Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi (Spanja) fis-26 ta’ Awwissu 2019 – Confederación Sindical Comisiones Obreras de Euskadi vs Ayuntamiento de Arrigorriaga

(Kawża C-635/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Confederación Sindical Comisiones Obreras de Euskadi

Konvenuta: Ayuntamiento de Arrigorriaga

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2014/24/UE 1 tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 122.2 tal-LCSP 2 , li jobbliga lill-awtoritajiet kontraenti li jinkludu fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt li jirregolaw kuntratt pubbliku, kundizzjoni speċjali ta’ eżekuzzjoni li timponi fuq l-offerent magħżul, l-obbligu li jiggarantixxi, tal-inqas, il-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema b’mod konformi mal-Ftehim Kollettiv settorjali applikabbli, anki jekk tali Ftehim Kollettiv settorjali ma jkunx jorbot lill-impriża magħżula skont ir-regolamentazzjoni fil-qasam tan-negozjati u l-ftehimiet kollettivi, li tistabbilixxi l-prevalenza tal-ftehim tal-impriża fil-qasam tal-impjieg u l-possibbiltà li ma jiġix applikat ftehim kollettiv fis-seħħ minħabba raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzattivi jew ta’ produzzjoni?

____________

1     Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p.65).

2     Liġi 9/2017, tat-8 ta’ Novembru, dwar Kuntratti tas-Settur Pubbliku.