Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki trgovački sud Republike Hrvatske (il-Kroazja) fit-8 ta’ Ġunju 2020 – HRVATSKE Šume d.o.o., Zagreb, is-suċċessura ta’ HRVATSKE ŠUME javno poduzeće za gospodarenje šumama i šumskim zemljištima u Republici Hrvatskoj, p.o., Zagreb vs BP EUROPA SE, is-suċċessura ta’ DEUTSCHE BP AG, li min-naħa tagħha kienet is-suċċessura ta’ THE BURMAH OIL (Deutschland) GmbH

(Kawża C-242/20)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Visoki trgovački sud Republike Hrvatske

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HRVATSKE Šume d.o.o., Zagreb, is-suċċessura ta’ HRVATSKE ŠUME javno poduzeće za gospodarenje šumama i šumskim zemljištima u Republici Hrvatskoj, p.o., Zagreb

Konvenuta: BP EUROPA SE, is-suċċessura ta’ DEUTSCHE BP AG, li min-naħa tagħha kienet is-suċċessura ta’ THE BURMAH OIL (Deutschland), GmbH

Domandi preliminari

Azzjoni għall-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament ibbażata fuq l-arrikkiment indebitu taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 44/2001 1 f’materji ta’ “kważi delitt”, fid-dawl tal-fatt li l-punt 3 tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament jipprevedi b’mod partikolari li “[p]ersuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja: […] 3. f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ […] kwasi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq”?

Il-proċeduri kontenzjużi, imressqa minħabba l-eżistenza ta’ terminu li fih il-ħlas lura ta’ ammonti mħallsa indebitament fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata jista’ jintalab fil-kuntest tal-istess proċedura ta’ eżekuzzjoni ġudizzjarja, jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva prevista fil-punt 5 tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, li jipprovdi li, f’materji ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva, indipendentement mid-domiċilju, il-qrati tal-Istat Membru li fih issir l-eżekuzzjoni?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).