Language of document : ECLI:EU:F:2010:69

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (L-Ewwel Awla)

29 ta’ Ġunju 2010

Kawża F-11/10

María Soledad Palou Martínez

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Inammissibbiltà manifesta — Tardività — Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża — Artikolu 35(1)(e) tar-Regoli tal-Proċedura”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a, li permezz tiegħu M. S. Palou Martínez titlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku “jeżamina l-fatti li seħħew u ċ-ċirkustanzi li jirrigwardaw is-sitwazzjoni [tagħha] u sussegwentement timponi riżoluzzjoni billi tilqa’ t-talbiet [tagħha]”; tannulla “id-deċiżjoni tal-Kummissjoni [Ewropea]”; tordna lill-Kummissjoni “tirrikonoxxi u tiggarantixxi l-post tax-xogħol [tagħha] u l-kategorija [tagħha] f’Barcelona” (Spanja) u “konsegwentement”, “tagħtiha l-post tax-xogħol tagħha, il-kategorija impliċita u r-remunerazzjoni kollha tagħha mill-mument li fih ġiet iddikjarata kapaċi li taħdem”.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

1.      Uffiċjali — Rikorsi — Suġġett — Ordni indirizzata lill-amministrazzjoni — Deċiżjoni — Inammissibbiltà

(Regolamenti tal‑Persunal, Artikolu 91)

2.      Uffiċjali — Rikorsi — Rikors għal annullament li ma ġiex ippreżentat fit-termini — Rikors għad-danni intiż għal riżultat identiku — Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

3.      Uffiċjali — Rikorsi — Rikors għad-danni ppreżentat fin-nuqqas ta’ proċedura prekontenzjuża skont ir-Regolamenti tal-Persunal — Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

1.      Fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat skont l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, talbiet intiżi sabiex it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jagħti ordnijiet lill-amministrazzjoni jew sabiex din tal-aħħar tirrikonoxxi l-fondatezza ta’ ċerti motivi invokati insostenn tat-talbiet għal annullament huma manifestament inammissibbli, peress li l-qorti tal-Unjoni ma tistax tindirizza ordnijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew tagħmel dikjarazzjonijiet fid-dritt. Dan huwa l-każ ta’ talbiet intiżi sabiex it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jistabbilixxi l-eżistenza ta’ ċerti fatti u jordna lill-amministrazzjoni tadotta miżuri sabiex il-persuna kkonċernata terġa’ tikseb id-drittijiet tagħha.

(ara l-punti 29 sa 31)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja: 21 ta’ Novembru 1989, Becker u Starquit vs Il‑Parlament, C‑41/88 u C-178/88, Ġabra p. 3807, pubblikazzjoni sommarja, punt 2; Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 9 ta’ Ġunju 1994, X vs Il‑Kummissjoni, T‑94/92, ĠabraSP p. I‑A‑149 u II‑481, punt 32; 15 ta’ Diċembru 1999, Latino vs Il‑Kummissjoni, T‑300/97, ĠabraSP p. I‑A‑259 u II‑1263, punt 28, u l-ġurisprudenza ċċitata; 25 ta’ Ottubru 2007, Lo Giudice vs Il‑Kummissjoni, T‑154/05, ĠabraSP p. I‑A‑2‑203, u II‑A‑2‑1309, punt 55, u l-ġurisprudenza ċċitata; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 7 ta’ Novembru 2007, Hinderyckx vs Il‑Kunsill, F‑57/06, ĠabraSP p. I‑A‑1‑329 u II‑A‑1‑1831, punt 65

2.      Huwa eskluż li azzjoni għad-danni tippermetti lil uffiċjal jikkontesta att li jikkawża preġudizzju li huwa ma kienx preċedentement ikkontesta fit-termini stabbiliti fil-liġi.

(ara l-punt 43)

Referenza: It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 21 ta’ Frar 2008, Skoulidi vs Il‑Kummissjoni, F‑4/07, ĠabraSP p. I‑A‑1‑47 u II‑A‑1‑229, punti 69 u 70, u l-ġurisprudenza ċċitata

3.      Skont l-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, azzjoni għad-danni għandha normalment tibda permezz ta’ talba indirizzata lill-amministrazzjoni u tissokta permezz ta’ lment kontra ċ-ċaħda ta’ tali talba. Konsegwentement, peress li ma kienx hemm din il-proċedura li tikkonsisti f’żewġ stadji qabel ma tressqet il-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ir-rikors għandu jiġi miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(ara l-punt 44)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 6 ta’ Lulju 1995, Ojha vs Il‑Kummissjoni, T‑36/93, ĠabraSP p. I‑A‑161 u II-497, punt 117; 6 ta’ Novembru 1997, Liao vs Il‑Kunsill, T‑15/96, ĠabraSP p. I‑A‑329 u II‑897, punt 57; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 2 ta’ Mejju 2007, Giraudy vs Il‑Kummissjoni, F‑23/05, ĠabraSP p. I‑A‑1‑121, u II‑A‑1‑657, punt 69; Skoulidi vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 56