Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Frar 2020 – VI vs KRONE – Verlag Gesellschaft mbH & Co KG

(Kawża C-65/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VI

Konvenuta: KRONE – Verlag Gesellschaft mbH & Co KG

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 flimkien mal-Artikoli 1 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa wkoll prodott (difettuż) kopja fiżika ta’ gazzetta ta’ kuljum li fiha suġġeriment dwar is-saħħa teknikament skorrett, li l-konformità miegħu tikkawża ħsara lis-saħħa?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257.