Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Settembru 2020 – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra P; parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie

(Kawża C-412/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra: P

Parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie

Domanda preliminari

Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI 1 , it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropew u/jew it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea effettivament jipprekludu lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni milli teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn qorti meta din il-qorti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva/protezzjoni legali attwali u diġà ma kinitx tissodisfahom fil-mument tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew peress li l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ ħruġ ma tiggarantixxix l-indipendenza ta’ din il-qorti u diġà ma kintix tiggarantixxiha fil-mument tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew?

____________

1     Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).