Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2012 – ZZ vs EMA
(Kawża F-51/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent għat-tiġdid tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni tal-1 ta’ Settembru 2011 tal-EMA li ċaħdet it-talba tar-rikorrenti tat-22 ta’ Awissu 2011 għat-tiġdid tal-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju;
jikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini sabiex tħallas lir-rikorrent, b’riżerva ta’ żieda, EUR 1 provviżorju;
jikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż.