Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Jannar 2019 – Proċeduri kriminali kontra XN

(Kawża C-21/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden, li għandha s-sede f’Arnhem

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

XN

Domandi preliminari

Bid-definizzjoni tagħha, sustanza li ma hijiex prodott sekondarju fis-sens tad-Direttiva 2008/98 1 lanqas ma tikkostiwixxi prodott sekondarju tal-annimali fis-sens tar-Regolament 1069/2009 2 , hekk li din is-sustanza ma hijiex eskluża mill-applikazzjoni tar-Regolament 1013/2006 3 skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament 1013/2006? Jew, ma huwiex eskluż li sustanza li taqa’ fid-definizzjoni ta’ “prodotti sekondarji tal-annimali” fis-sens tar-Regolament 1069/2009 meta ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98, hekk li din il-materja ma taqax strettament taħt ir-Regolament 1013/2006?

X’għandu jinftiehem bil-kunsinni li huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 4 (issa r-Regolament 1069/2009) fis-sens tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament 1013/2006: huwa t-trasport (bejn pajjiż u pajjiż ieħor) ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, irrispettivament mill-kategorija li taħtha jaqgħu dawn is-sustanzi? Jew, it-trasport ta’ sustanzi msemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 (li kien l-Artikolu 8 tar-Regolament 1774/2002), sustanzi limitati għall-prodotti sekondarji tal-annimali jew għall-prodotti dderivati fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, għaldaqstant sustanzi tal-Kategorija 1, sustanzi tal-Kategorija 2, u ċerti prodotti derivati minnhom, inklużi proteini pproċessati tal-annimali dderivati minn sustanzi tal-Kategorija 3?

Jekk, permezz ta’ kunsinni li huma suġġetti għar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (li sar ir-Regolament 1069/2009), fis-sens tal-Artikolu 1(3), initio u subparagrafu (d) tar-Regolament 1013/2006, għandu jinftiehem it-trasport (bejn pajjiż u ieħor) ta’ prodotti sekondarji tal-annimali, irrispettivament mill-kategorija li taħtha jaqgħu dawn is-sustanzi, l-Artikolu 1(3), initio u subparagrafu (d) tar-Regolament 1013/2006 għandu wkoll jiġi interpretat fis-sens li t-trasferimenti ta’ taħlit ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ sustanzi oħra u, jekk iva, il-proporzjon li l-prodotti sekondarji tal-annimali jirrappreżentaw fit-taħlita huwa relattiv għal sustanzi oħra li huma rilevanti? Jew, prodott sekondarju tal-annimali jitlef il-karattru ta’ prodott sekondarju tal-annimali fis-sens tar-Regolament 1069/2009 u jsir skart fis-sens tal-Regolament 1013/2006 minħabba li jitħallat ma’ sustanza oħra?

____________

1 Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008, L 312, p. 3).

2 Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU 2009, L 300, p. 1)

3 Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU 2009, L 300, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 277, p. 61).

4 Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 37, p.  92, corrigendum fil-ĠU 2007, L 30, p. 3).