Rikors ippreżentat fis-7 ta' April 2009 - Roumimper vs Europol
(Kawża F-41/09)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Jaques Pierre Roumimper (Zoetermeer, L-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis u D. Dane, avukati)
Konvenut: Office européen de police (Europol)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li informat lir-rikorrenti bl-impossibbiltà li jiġi offrut impjieg permanenti, kif ukoll id-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li rrifjutat l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li biha l-konvenut indika lir-rikorrent li ma setax joffrilu kuntratt permanenti kif ukoll id-deċiżjoni dwar l-ilment tar-rikorrent, mogħtija fis-7 ta' Jannar 2009, li ddeċidiet li l-oġġezzjonijiet tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 kienu infondati;
tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.
____________