Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-14 ta' Settembru 2010 - Rossi Ferreras vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-85/09) 1

"Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta' evalwazzjoni 2001/2002 - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Eżekuzzjoni ta' sentenza ta' annullament - Konsegwenzi tal-irtirar ta' att - Iffissar ta' għanijiet"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Francisco Rossi Ferreras (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors ta' F. Rossi Ferreras huwa miċħud.

F. Rossi Ferreras huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009, p. 45.