Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil supérieur de la Sécurité sociale (il-Lussemburgu) fid-19 ta’ Diċembru 2018 – EU vs Caisse pour l'avenir des enfants

(Kawża C-801/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil supérieur de la Sécurité sociale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EU

Konvenuta: Caisse pour l'avenir des enfants

Domandi preliminari

L-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali kompetenti ta’ Stat Membru wieħed (f’dan il-każ il-Caisse pour l’avenir des enfants – il-Lussemburgu) huma obbligati, konformement mal-obbligi Komunitarji imposti fuqhom skont l-Artikolu 45 TFUE, id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri 1 , kif ukoll skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali 2 , b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu, li jħallsu l-benefiċċji tal-familja lil ċittadin ta’ tieni Stat Membru meta, taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ għoti tal-imsemmija allowances, l-imsemmija awtoritajiet kompetenti jirrikonoxxu, b’applikazzjoni ta’ konvenzjoni internazzjonali bilaterali konkluża bejn l-ewwel Stat Membru, (il-Lussemburgu) u pajjiż terz (il-Brażil) dritt għall-benefiċċji tal-familja għaċ-ċittadini u r-residenti tagħhom stess?

Fil-każ affermattiv, u fil-każ fejn il-prinċipju adottat fil-ġurisprudenza GOTTARDO3 jiġi estiż għall-kuntest tal-benefiċċji tal-familja, l-awtorità kompetenti fil-qasam tas-sigurtà soċjali, u b’mod iktar speċifiku fil-qasam tal-benefiċċji tal-familja – f’dan il-każ il-Caisse pour l’avenir des enfants, istituzzjoni nazzjonali tal-benefiċċji tal-familja fil-Grand Dukat tal-Lussemburgu – tista’ tinvoka ġustifikazzjoni oġġettiva abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet li jirrigwardaw piżijiet finanzjarji u amministrattivi estremament kbar iffaċċati mill-amministrazzjoni kkonċernata, sabiex tiġġustifika inugwaljanza fit-trattament bejn iċ-ċittadini tal-pajjiżi – Partijiet kontraenti (tal-Konvenzjoni Bilaterali imsemmija) u ċ-ċittadini oħra ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea?

____________

1     Direttiva 2004/38/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).

2     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

3     Is-sentenza tal-15 ta’ Jannar 2002, , C-55/00, EU:C:2002:16.