Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla Awla) tas-26 ta' Ottubru 2010 - AB vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-3/10) 1

"Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt għal żmien determinat - Ilment tardiv - Inammissibbiltà manifesta"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AB (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma ġġeddidx il-kuntratt ta' membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - GU C 100, 17/04/2010, p. 69.