Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta' Settembru 2011 - Arnaldos Rosauro et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/06) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Artikolu 5(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kompetizzjoni interna għall-bidla minn kategorija għal oħra ippubblikata qabel l-1 ta' Mejju 2004 - Kandidati mniżżlin fil-listi ta' riżerva qabel l-1 ta' Mejju 2006 - Klassifikazzjoni fil-grad - Applikazzjoni ta' koeffiċjenti multiplikatur ta' inqas minn 1 - Telf ta' punti ta' promozzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Andres Arnaldos Rosauro et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti inizjalment minn S. Rodrigues u A. Jaume, sussegewntement minn S. Rodrigues, u, l-aħħar darba, minn S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jaħtru lir-rikorrenti, uffiċjali f'kategorija C u li għaddew minn kompetizzjoni interna għall-bidla minn kategorija għal oħra, fil-gradi B*3/B*4, li jżommu r-remunerazzjoni tagħhom fil-livell ta' qabel il-bidla ta' kategorija permezz tal-applikazzjoni ta' koeffiċjenti multiplikatur, u li jneħħu l-punti ta' promozzjoni tagħhom.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 121, 20.5.06, p. 19.