Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Lulju 2007 - Bertolete et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-26/06)1

(Servizz Pubbliku - Aġenti kuntrattwali - Klassifikazzjoni u remunerazzjoni - Uffiċċju 'Infrastruttura u Loġistika' fi Brussell (OIB) - Għalliema fi skejjel tat-trabi - Ex-impjegati taħt id-dritt Belġjan - Bdil fis-sistema applikabbli - Trattament ugwali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marli Bertolete (Woluwé-Saint-Lambert) u oħrajn (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Lozano Palacios, aġenti)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-ilmenti li r-rikorrenti kienu ressqu kontra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni tagħhom bħala aġenti kuntrattwali.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej iffissat ir-remunerazzjoni tar-rikorrenti, taħt il-kuntratti ta' aġenti kuntrattwali ffirmati f'April 2005, huma annullati.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 108, 6.5.2006, p. 34.