Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) ta' l-24 ta' Mejju 2007 - Lofaro vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda F-27/06 u F-75/06)1

(Uffiċjali - Membru tal-persunal temporanju - Estensjoni tal-perijodu ta' prova - Tkeċċija fit-tmiem tal-perijodu ta' prova - Atti li dwarhom qed isir ilment - Terminu għat-tressiq ta' l-ilment - Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Lofaro (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J.-L. Laffineur, Avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti, assistiti fil-kawża F-27/06 minn F. Longfils, Avukat)

Suġġett tal-Kawżi magħquda

Fil-kawża F-27/06:

Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jestendu l-perijodu ta' prova tar-rikorrent u li jġibu fit-tmiem il-kuntratt tiegħu f'għeluq dan il-perijodu, u min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-danni.

Fil-kawża F-75/06:

Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2005 li tkeċċi lir-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta' prova tiegħu u r-rapport dwar il-prova li fuqu hija bbażata din id-Deċiżjoni, u min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-danni.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - F-27/06: ĠU C 208 tas-6/05/2006 p. 35 u F-75/06: ĠU C 212 tat-2/09/2006 p. 48