Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fl-24 ta Ottubru 2018 – IT Development SAS vs Free Mobile SAS

(Kawża C-666/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IT Development SAS

Konvenuta: Free Mobile SAS

Domanda preliminari

Il-fatt li persuna mogħtija liċenzja ta’ softwer ma tosservax it-termini ta’ kuntratt ta’ liċenzja ta’ softwer (bl-iskadenza ta’ perijodu ta’ prova, bil-fatt li jinqabeż in-numru ta’ utenti awtorizzati jew unità ta’ kejl oħra, bħall-proċessuri li jistgħu jintużaw sabiex jiġu eżegwiti l-istruzzjonijiet tas-softwer, jew billi jiġi emendat il-kodiċi sors tas-softwer meta l-liċenzja tirriżerva dan id-dritt lid-detentur inizjali) jikkostitwixxi:

kontrafazzjoni (fis-sens tad-Direttiva 2004/48 tad-29 ta’ April 2004 1 ) imġarrba mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuq is-softwer irriżervati mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/24/KE tat-23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter 2 ,

jew jista’ jaqa’ taħt sistema legali distinta, bħas-sistema tar-responsabbiltà kuntrattwali taħt id-dritt komuni?

____________

1     Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).

2     Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU 2009, L 111, p. 16).