Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-31/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J. N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-Annullament tad-deċiżjoni tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-proposta kkalkulata mill-ġdid mill-PMO.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

Jannulla d-deċiżjoni li tannulla u tissostitwixxi l-proposti tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fil-kuntest tat-talba tiegħu taħt l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jinkludi proposta ġdida kkalkulata fuq il-bażi tad-DĠE adottati fit-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.